Ir-raġel ta’ Sarah Palin irid id-divorzju – One News

Notifiki

Ir-raġel ta’ Sarah Palin irid id-divorzju

Ritratt: Sky News

Midja Amerikana qed tirrapporta li r-raġel tal-eks kandidata għal President Amerikan Sarah Palin, applika għad-divorzju.

Il-midja identifikat lill-koppja minn fuq il-karti tad-divorzju permezz tal-ewwel ittra ta’ isimhom flimkien mad-dati ta’ twelid u taż-żwieġ.

Huwa rrapurtat li fl-applikazzjoni mitfugħa minn Todd Palin, hemm imniżżla r-raġuni għad-divorzju; inkompatibbilità ta’ temperament.

Il-koppja Palin ilhom miżewġin għal 31 sena u għandhom ħamest itfal flimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend