Illum Apple jiżvelaw il-prodotti ġodda tagħhom – One News

Notifiki

Illum Apple jiżvelaw il-prodotti ġodda tagħhom

Propju llejla, il-kumpanija ta’ fama mondjali Apple ser tkun qed torganizza l-avveniment annwali fejn jiżvelaw prodotti u servizzi ġodda tagħhom.

Fost oħrajn huwa mistenni li jiżvelaw 3 mudelli ta’ iPhone 11 u skont xi għajdut li qed jiġri fuq l-internet, jafu jiżvelaw prodott kompletament ġdid għalihom; nuċċali.

Magħhom jaf ikun hemm verżjonijiet aktar moderni tal-Apple Watch.

Huwa mifhum li l-mudelli l-ġodda ser ikollhom kamera ta’ kwalità aħjar, sistema ta’ proċessar aktar mgħaġġla fost affarijiet oħra.

L-avveniment ser jibda għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija skont il-ħin Malti u ser iseħħ f’Kalifornja.

Ġimagħtejn ilu, il-kumpanija bagħtet stedina lil xi membri tal-midja u fuq l-istedina l-emblema ta’ Apple dehret kemxejn differenti hekk kif fuqu hemm ħames kuluri differenti. Din l-emblema hija simili għall-emblema antika b’sitt kuluri li kienet tintuża snin ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend