Il-Korp tal-Pulizija b’aċċess għal 60 kamera ta’ Transport Malta – One News

Notifiki

Il-Korp tal-Pulizija b’aċċess għal 60 kamera ta’ Transport Malta

Ġie ffirmat Memorandum of Understanding li jagħti aċċess lill-Korp tal-Pulizija għal madwar 60 kamera li għandha Transport Malta fit-toroq u l-portijiet madwar pajjiżna.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, saħaq li dan il-ftehim ikompli jmexxi l-Korp tal-Pulizija maż-żminijiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità. Dan filwaqt li hekk il-pulizija jkunu jistgħu jgħinu b’mod iżjed effettiv fl-infurzar fit-toroq.

Il-Ministru għat-Transport u infrastruttura, Ian Borg, stqarr kif dan l-investiment f’kameras madwar pajjiżna huwa mod effettiv kif l-awtorità tindirizza l-akwati l-iżjed problematiċi u li jżommu traffiku. Filfatt in-numru ta’ kameras mistenni jiżdied.

Huwa seraq moħħ kulħadd li dawn il-kameras mhux se jkunu qed jintużaw biex iħarrku s-sewwieqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend