Fl-aħħar 3 snin jonqsu n-nies li wettqu suwiċidju – One News

Notifiki

Fl-aħħar 3 snin jonqsu n-nies li wettqu suwiċidju

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Prevenzjoni tas-Suwiċidji.

Filwaqt li l-istatistiċi juru li t-tendenza ta’ self-harm jiġifieri li persuna tweġġa’ lilha nnifisha fiżikament, żdiedet, kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ nies li wettqu suwiċidju fl-aħħar tliet snin.

Kull sena, is-suwiċidju jkun fost l-aktar għoxrin raġuni komuni għal mewt fost persuni ta’ kull età.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, huma madwar tmien mitt elf persuna li jneħħu ħajjithom b’idejhom kull sena madwar id-dinja.

Fil-jum li jfakkar l-importanza tal-prevenzjoni, u li titneħħa l-istigma minn fuq il-mard mentali, jiġi mtenni l-appell biex min iħossu mdejjaq ifittex l-għajnuna.

L-Aġenzija Appoġġ toffri għajnuna erbgħa u għoxrin siegħa kuljum permezz tan-numru 179 – u dan mhux biss għal persuni li jkunu qed jikkontemplaw suwiċidju, iżda wkoll għal qraba ta’ dawk li tilfu lil xi ħadd li qatel ruħu b’idejh.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend