Se jirriżenja Sir John Bercow, l-Ispeaker tal-‘House of Commons’ fir-Renju Unit – One News

Notifiki

Se jirriżenja Sir John Bercow, l-Ispeaker tal-‘House of Commons’ fir-Renju Unit

Sir John Bercow, l-ispeaker tal-House of Commons, se jirriżenja mill-Parlament Ingliż ħin biss qabel ma’ Westminster jivvota dwar jekk għandhiex issir elezzjoni ġenerali f’Ottubru li ġej.

Emozzjonat għall-aħħar, Bercow qal li l-irwol tiegħu bħala speaker kien l-akbar unur tal-ħajja professjonali tiegħu. Huwa temm l-aħħar diskors tiegħu billi qal li jinsab fiduċjuż li kull Membru Parlamentari se jħares ‘il quddiem b’interess dwar il-futur tar-Renju Unit, anke fid-dawl ta’ Brexit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend