Iwissi lil negozjanti dwar skema qarrieqa tal-VAT – One News

Notifiki

Iwissi lil negozjanti dwar skema qarrieqa tal-VAT

Attent għax tingidem. 

Dan hu l-messaġġ mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi li fi stqarrija ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku għall-emails u ittri foloz li qed jiċċirkolaw u jintbagħtu fejn tintalab informazzjoni fir-rigward tal-VAT jew taxxa.

“Il-pubbliku għandu jinjora dawn it-tali talbiet u fejn hemm dubju jċempel fuq in-numru 144 jew f’każ ta’ negozju fuq in-numru 153”, saħaq l-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi.

Fl-aħħar jiem nies fosthom xi negozjanti tkellmu ma’ one.com.mt jisħqu li kien għodhom belgħuha hekk kif irċevew ittra falza titlobhom dettalja għal fini ta’ taxxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend