Id-Dwana tikkonfiska €39,000 mhux iddikjarati mill-ajruport – One News

Notifiki

Id-Dwana tikkonfiska €39,000 mhux iddikjarati mill-ajruport

Uffiċjali d-Dipartiment tad-Dwana mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus ikkonfiskaw €39,000 flus kontanti li ma kinux iddikjarati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija d-Dwana spjegat li dawn instabu waqt tfittxija fuq passiġġier li kien ġie pajjiżna minn Tunis, fejn fuqu nstabu €39,093 flus kontanti mhux iddikjarati.

Filwaqt li d-Dwana kkonfiskat dawn il-flus, il-passiġġier qed jinżamm arrestat mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjoni tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend