Fil-Parlament Ingliż se jerġa’ jittieħed vot sabiex issir elezzjoni bikrija – One News

Notifiki

Fil-Parlament Ingliż se jerġa’ jittieħed vot sabiex issir elezzjoni bikrija

Il-Gvern Ingliż huwa mistenni jerġa’ jressaq il-vot fil-Parlament Ingliż sabiex isir elezzjoni bikrija. Dan wara l-ġimgħa l-oħra l-mozzjoni li għandha bżonn l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-kamra. Huwa mistennija terġa’ ma tgħaddix mill-Parlament. 

Din tista’ tkun waħda mill-aħħar azzjonijiet li se jagħmel il-Parlament Ingliż jiġi sospiż.

Dan il-vot qed ikun meqjus bħala l-aħħar ċans tal-Partit Laburista Ingliż sabiex jassigura li ssir elezzjoni ġenerali bikrija.

Hu mistenni li l-Gvern ta’ Boris Johnson se jitlef dan il-vot minħabba li l-partiti fl-oppożizzjoni l-ewwel jimplimentaw il-liġi tnaqqas il-probabilità titlaq mill-Unjoni Ewropea bla ftehim.

Il-Prim Ministru Ingliż, sejjaħ għal elezzjoni bikrija wara li għad ta’ deputati Parlamentari, uħud mill-partit tal-Konservattivi vvutaw favur abbozz ta’ liġi li tobbligah jitlob għal estensjoni ta’ Brexit sal-31 t’Ottubru jekk ma jintlaħaqx ftehim sad-19 t’Ottubru.

Dan l-abbozz huwa mistenni li jgħaddi mill-Parlament Ingliż illum. Iżda diversi Ministri qalu li jekk dan l-abbozz jgħaddi ser idgħajjef il-pożizzjoni tal-Gvern fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend