Ċkejknin jegħlbu l-isfidi fil-Qari – One News

Notifiki

Ċkejknin jegħlbu l-isfidi fil-Qari

Bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba jgħid il-miklem Malti.

U tassew bi ftit ħlewwa nistgħu nħeġġu iżjed lit-tfal tagħna biex jaqraw. 

Uħud miċ-ċkejknin tagħna jsibu bosta sfidi biex jaqraw iżda programm tal-aġenzija nazzjonali tal-litteriżmu joffri bażi soda għall-qari.

Il-programm bl-isemm ta’ Reading Recovery huwa maħsub għal studenti ta’ 5 snin jew ftit iżjed li jkunu għadhom ma tgħallmux jaqraw sew.

Il-programm jgħin lil dawn l-istudenti jilħqu l-livell tal-qari mistenni minnhom f’20 ġimgħa.

Żewġt itfal mill-iskola primarja taż-Żurrieq tkellmu dwar kemm dan il-programm kien utli għalihom, fejn issa l-ktieb sar l-akbar ħabib tagħhom.

Zeyan D’Amatio, Parteċipant tar-Reading Recovery “Meta jien mort ir-reading recovery ħassejtni ħafna aħjar biex naqra”.

Mary Ann Sammut Parteċipanta tar-Reading Recovery, stqarret “Għoġobni r-reading recovery għax ħadt ħafna gost, tgħallimt affarijiet ġodda.”

Is-sessjonijiet tal-programm saru b’mod individwali nofssiegħa kuljum minn għalliema mħarrġa apposta f’din il-metodoloġija miċ-Ċentru Internazzjonali tal-Litteriżmu tal-Università ta’ Londra.

Ir-riċerka tgħid li interventi bikrija mfassla bil-galbu huma effettivi għax inaqqsu bil-kbir l-għadd ta’ studenti li jsibuha bi tqila jaqraw u jiktbu.

Marita Farrugia, Uffiċjal tal-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu“Aħna kburin ħafna b’dawn it-tfal. Rebħu kompetizzjoni tal-qari u kien hemm ukoll min rebaħ kompetizzjoni tal-kitba”.

Intant il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qassam kupuni bħala rigal lil erba’ studenti ta’ sitt snin li fis-sena skolastika li għaddiet għamlu l-programm Reading Recovery ta’ Malta u rebħu premjijiet f’kompetizzjonijiet Ewropej tal-Qari.

Il-kompetizzjoni Ewropea tal-Qari hija ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni li fiha tfal jesebixxu xogħlijiet tal-qari u l-kitba li għenuhom iħarsu lejn dawn il-ħiliet bħala fejjieda għall-mixja edukattiva tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend