Aktar minn 100 pumpier jissieltu biex jitfu nirien li ħakmu blokka ta’ appartamenti ta’ erba’ sulari f’Londra – One News

Notifiki

Aktar minn 100 pumpier jissieltu biex jitfu nirien li ħakmu blokka ta’ appartamenti ta’ erba’ sulari f’Londra

100 pumpier f’Londra jissieltu biex jitfu nirien li ħakmu blokka ta’ appartamenti ta’ erba’ sulari. 

F’Londra mal-125 pumpier intbagħtu biex jikkontrollaw nirien qawwija li ħakmu blokka ta’ appartamenti ta’ erba’ sulari fin-Nofsinhar tal-Kapitali Ingliża.

20 vettura tat-tifi tan-nar għalqu triq residenzjali fl-inħawi ta’ Worcester Park hekk kif in-nirien inferrxu mal-binja fis-sigħat bikrin tat-Tnejn. Pumpier li kien fuq il-post u li tkellem mal-midja Ingliża iddeskriva din l-operazzjoni bħala ‘sfida perikoluża’. S’issa għadu mhux magħruf kienx hemm xi persuni feruti, jew x’seta’ kkawża n-nirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend