L-iżgħar inġinier tad-WSC li qed taħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ilma tal-vit – One News

Notifiki

L-iżgħar inġinier tad-WSC li qed taħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ilma tal-vit

Jeanice Mallia hija tfajla ta’ tlieta u għoxrin sena li se tiggradwa bħala inġinier fix-xhur li ġejjin.

Hija wkoll waħda mill-iżgħar impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u meta żorniha fuq il-lant tax-xogħol, stajna ninnutaw il-passjoni li biha taħdem fis-settur tal-inġinerija.

L-inġinerija tidħol f’kollox iġifieri tidħol f’liem industrija tidħol, ħa jolqtok xi ħaġa, ħa jkun hemm xi ħaġa t’interess tiegħek u eventwalment imbagħad meta kbirt naqra oħra rrealizzajt li l-inġinerija tista’ tintuża wkoll f’aspetti t’ambjent u hemmhekk kont naf li qiegħda fil-post it-tajjeb nista’ ngħid hekk.” Sqarret Mallia

L-inġinerija huwa qasam iddominat mill-irġiel, iżda dan ma qatax qalb iż-żagħżugħa, li baqgħet tinsisti kemm dan is-settur jilqa’ d-diversitá b’idejn miftuħa.

Fil-verità hemm post għal kulħadd u nażżarda ngħid li f’din il-field kważi kważi iktar ma jkollok diversità kemm fin-nisa, kemm fl-irġiel iktar aħjar, iktar tmexxi ‘l quddiem fil-verità.” Saħqet l-inġinier.

Bħala parti mill-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta, Jeanice għamlet riċerka estensiva li mistennija twassal għal kwalità aħjar tal-ilma tal-vit.

Dan il-proġett jista’ jgħin għaliex jagħti metodi differenti ta’ kif jista’ jiġi diżinfettat l-ilma Malti. Fl-aħħar mill-aħħar avolja qed isir disinfection b’metodu differenti r-riżultat tal-aħħar ikun tajjeb u kważi kważi nista’ ngħid aħjar.” Spjegat Jeanice.

Iż-żagħżugħa esprimiet ix-xewqa li b’dan il-proġett tħalli impatt ambjentali pożittiv, filwaqt li tqajjem kuxjenza dwar l-iskarsita tal-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend