BIL-FILMATI: Jinstab mejjet wara lejl mitluf fil-baħar fl-Imtaħleb – One News

BIL-FILMATI: Jinstab mejjet wara lejl mitluf fil-baħar fl-Imtaħleb

Ftit tal-ħin ilu ħaddiema tal-Forzi Armati sabu l-katavru tar-raġel li l-bieraħ intilef waqt li kien fil-baħar f’Miġra l-Ferħa Fl-Imtaħleb.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tal-17:00 meta raġel Amerikan ta’ 34 sena li jgħix l-Olanda, nqabad taħt il-blat kawża tal-baħar qawwi wara li niżel jgħum.

Kien hawn li raġel ieħor Portugiż ta’ 38 sena li kien jagħmel mill-istess grupp niżel fil-baħar sabiex jassisti lir-raġel. Madankollu filwaqt li persuna minnhom ġie salvat mill-AFM permezz tal-ħelikopter r-raġel l-ieħor laħaq intilef.

Huwa instab għall-ħabta tad-09:00 tal-Ħadd filogħdu permezz tal-ħelikopter. Il-katavru tar-raġel imbagħad ttella’ fuq il-patrol boat tal-AFM u ttella’ mill-bajja tal-Ġnejna.

Preżenti wkoll ghat tfittxija kien hemm il-protezzjoni ċivili li wettqu tfittxija fuq l-art.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Scibberras li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

 

Ritratti u Filmati: Eman Portelli/Ryan Bianco

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend