Jegħreq żagħżugħ ta’ 26 sena f’Manoel Island – One News

Notifiki

Jegħreq żagħżugħ ta’ 26 sena f’Manoel Island

Bugħaddas Indjan ta’ 26 sena tilef ħajtu fl-ibħra fil-limiti ta’ Manoel Island. Din hija t-tieni fatalità fl-ibħra Maltin fi ftit sigħat. Ir-raġel intlemaħ mitluf minn sensieh fil-baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u mill-Forzi Armati ta’ Malta li minnufih bdew tfittxija. Aktar tard il-katavru tar-raġel instab u ttellaż mill-baħar.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Il-każ seħħ għalħ-ħabta tas-13:40.

Ritratt: Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend