Jason Azzopardi oppona l-ikbar proġett sa issa biex jonqos it-tniġġis – One News

Notifiki

Jason Azzopardi oppona l-ikbar proġett sa issa biex jonqos it-tniġġis

L-istatistika li rrefera għaliha Jason Azzopardi fl-istqarrija tiegħu llum turi li meta hu kien Ministru tal-Gvern ir-rata ta’ Maltin li rrapportaw li esperjenzaw tniġġis kienet ferm iktar milli hi llum. Biex jekk xejn din l-istatistika turi li grazzi għall-miżuri ta’ dan il-gvern is-sitwazzjoni hi aħjar u mhux agħar meta mqabbla ma’ żmien l-aħħar amministrazzjoni.

Fost oħrajn dan seħħ permezz ta’ miżuri kbar bħal għeluq ta’ power stations li jniġġsu. Ironikament l-istess Jason Azzopardi tgħidx kemm oppona għall-proġett tal-power station taħdem bil-gass li waslet għal tnaqqis kbir fit-tniġġis mill-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Fl-istess ħin il-gvern huwa konxju ta’ sfidi oħra bħal dik tat-traffiku u għalhekk qed jaħdem għal riformi bla preċedent fosthom dik li trid twassal għal użu ta’ iktar karozzi elettriċi u ferm iktar investiment fl-ispazji miftuħa. Qed jinvesti wkoll fi proġetti infrastrutturali li permezz tagħhom it-traffiku jimxi aħjar u għalhekk jonqsu l-emissjonijiet fl-arja.

Fuq kollox Jason Azzopardi jerġa’ jikkwota ċifri li sa din il-ġimgħa stess professjonisti serji u rispettati qalu li mhux minnhom.

Meta Adrian Delia kien qal li ma jaħlix ħin ma’ Jason Azzopardi kellu raġun u bħalu għandu jagħmel il-poplu Malti meta jarah jippersisti f’dikjarazzjonijiet li m’għandu ebda kredibbiltà biex jagħmilhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend