Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien ferut minn għoġol fir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Triq Dun Pawl Micallef meta għal xi raġuni, l-għoġol ta s-salt meta kien qed jitpoġġa ġo vann biex jittieħed għall-qatla.
F’dan il-waqt huwa darab lil sidu ta’ 58 sena mis-Sannat, li sofra xi ksur.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.