Xogħlijiet t’emerġenza seħħu fuq it-triq bejn in-Nadur u r-Ramla f’Għawdex hekk kif intlemħu ħofor fit-triq li kienu ta’ periklu għal kull min jgħaddi minnha.
Il-Ministeru għal Għawdex ħa l-azzjonijiet neċessarji u issa t-triq hija sigura sabiex jgħaddu minnha l-vetturi.
Il-Ministru Justyne Caruana spjegat li x-xogħlijiet fuq din it-triq ser jibdew mill-aktar fis possibbli.