Illum niċċelebraw Jum il-Vitorja – One News

Illum niċċelebraw Jum il-Vitorja

It-8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja għandu sinifikat kbir fl-istorja rikka ta’ pajjiżna. F’dan il-jum il-Maltin rebħu fuq il-qawwa Torka fl-Assedju l-Kbir tal-1565 hekk kif waslet l-għajnuna mingħand Re ta’ Sqallija u qawwiet oħra Ewropew, f’dak magħruf bħala l-Grande Soccorso.

Fit-8 ta’ Settembru ta’ dik is-sena, it-Torok ħallew il-gżejjer Maltin wara 3 xhur ta’ ġlied kontinwu madwar Malta speċjalment fin-naħat tal-port u n-nofsinhar ta’ Malta.

Avveniment li ma tantx jissemma’ iżda wkoll imfakkar illum huwa meta l-Franċiżi telqu minn Malta fit-8 ta’ Settembru tal-1800. Il-Maltin kienu qamu wara l-Franċiżi wara biss ftit xhur li kienu ġew f’pajjiżna fl-1798 u damu madwar sena u nofs b’ġlied mal-ħakma Franċiża.

Imbagħad avveniment ieħor fl-1943, it-Taljani taħt Benito Musolini ċedew l-armi fit-Tieni Gwerra Dinjija. B’dan fisser li waqaf il-bombardament mill-qawwiet Taljani u Ġermaniżi f’din il-gwerra. Ta’ min jgħid ukoll li f’din il-gwerra Malta kienet l-aktar post attakkat.

Illum pajjiżna qed ifakkar il-festa ta’ Marija Bambina, f’erba’ parroċċi madwar Malta u Għawdex – fl-Isla, fil-Mellieħa, fin-Naxxar u fix-Xagħra Għawdex. Wara nofsinhar, fil-Port il-Kbir se ssir ir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vittorja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend