Għadha għaddejja t-tfittxija għar-raġel li ntilef Miġra l-Ferħa – One News

Notifiki

Għadha għaddejja t-tfittxija għar-raġel li ntilef Miġra l-Ferħa

Portugiż ta’ tmienja u tlettin sena minn tas-Sliema ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta u ieħor għadu qed jiġi mfittex wara li lbieraħ waranofshinar sabu ruħhom f’diffikultajiet waqt li kienu fil-baħar f’Miġra l-Ferħa limiti tal-Imtaħleb.

Minn informazzjoni li kiseb ONE News jidher li seta’ jagħti l-każ li wieħed mill-irġiel niżel fil-baħar sabiex jassisti lill-persuna l-oħra li kienet qed issib diffikulta sabiex titla’ l-art minħabba l-qawwa tal-baħar.

Immedjatament fuq il-post intbagħat ħelikopter li tella lill-wieħed mill-irġiel filwaqt li kompla bi tfittxija għar-raġel l-ieħor li sa issa għadu ma nstabx.

Aktar dettalji fuq is-sit one.com.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend