Bormla tiddomina l-Port il-Kbir – One News

Notifiki

Bormla tiddomina l-Port il-Kbir

Għat-tielet sena konsekuttiva, id-distrett ta’ Bormla rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja.

Bormla rebħet ir-regatta għall-għoxrin darba fl-istorja tagħha u issa tinsab tliet shields ‘il bogħod mir-rivali, l-Isla li għandhom 23 shield.

Bormla rebħet iż-żewġ kategoriji jiġifieri kemm Kategorija A u Kategorija B.

F’Kategorija A, Bormla rebħet il-ħamest tlielaq ta’ din il-kategorija. Dan ifisser li Bormla ġabet il-punti massimi dak ta’ 88 punt. Filwaqt li l-Isla u Marsaxmett ġabu 28 punt rispettivament u Birżebbuġa spiċċaw b’20 punt.

Fil-Kategorija B, Bormla rebħet b’64 punt, hekk kif klassifikat l-ewwel f’żewġ tiġrijiet u daħlet it-tieni f’żewġ tiġrijiet oħra. Fit-tieni posti ġew il-Marsa b’42 punt u fit-tielet post ġew l-Isla b’36 punt.

It-tiġrija tan-nisa ntrebħet mid-distrett tal-Birgu.

 

KLASSFIKA FINALI:

KATEGORIJA A (Open)
Klabb Punti
Bormla 88
Marsamxett 28
Isla 28
Birżebbuġa 20
Marsa 8
Kategorija B
Klabb Punti
Bormla 64
Marsa 42
Isla 36
Kalkara 14
Birżebbuġa 12
Marsamxett 4

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend