Tpartit ta’ priġunerija bejn ir-Russja u l-Ukrajna – One News

Notifiki

Tpartit ta’ priġunerija bejn ir-Russja u l-Ukrajna

Ir-Russja u l-Ukrajna temmew tpartit ta’ priġunieri li ilu tant mistenni. Fost dawk meħlusa kien hemm 24 baħħara Ukreni. Dan it-tpartit huwa maħsub li jfatti t-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien. 

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom itejbu l-kundizzjonijiet bejniethom. Ir-relazzjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja marru għall-agħar b’mod dramattiku fl-2014 meta militanti appoġjati mir-Russja ħatfu l-peniżola tal-Krimea. Aktar minn 13,000 persuna inqatlu waqt dan il-konflitt.

Il-President Ukren li kien elett f’April li għadda kien sostna li l-priorità prinċipali tiegħu hija li jtemm il-konflitt mar-Russja. Intant, uffiċjali Russi qalu li l-progress għat-tpartit huwa l-ewwel pass għat-titjib fir-relazzjonijiet bejn il-ġirien.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend