Isofri ġrieħi f’rasu wara li xkana minn fuq ‘scooter’ – One News

Notifiki

Isofri ġrieħi f’rasu wara li xkana minn fuq ‘scooter’

Tifel ta’ 14-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li xkana minn fuq scooter fl-inħawi tal-Imdina.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Għarriqin, l-Imdina. Jidher li t-tifel kien qed jilgħab ma’ sħabu fit-telgħa ta’ taħt l-Imdina meta għal xi raġuni tkaxkar bl-iscooter, u baqa dieħel ġo ħajt.

Hu mifhum li t-tifel intilef minn sensieh għal ftit minuti u xi ħaddiema li kienu f’sala tat-tieġijiet fil-viċinanzi, ħarġu biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

It-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend