Raġel salvat u ieħor mitluf f’Miġra l-Ferħa fl-Imtaħleb – One News

Notifiki

Raġel salvat u ieħor mitluf f’Miġra l-Ferħa fl-Imtaħleb

Raġel ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta u ieħor għadu qed jiġi mfittex wara li sabu ruħhom f’diffikultajiet waqt li kienu fil-baħar f’Miġra l-Ferħa limiti tal-Imtaħleb. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li seta’ jagħti l-każ li wieħed mill-irġiel niżel fil-baħar sabiex jassisti lill-persuna l-oħra li kienet qed issib diffikulta sabiex titla’ l-art minħabba l-qawwa tal-baħar. 

Immedjatament fuq il-post intbagħat ħelikopter li tella lill-wieħed mill-irġiel filwaqt li kompla bi tfittxija għar-raġel l-ieħor li sa issa għadu ma nstabx.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej….

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend