L-anzjani jibqgħu attivi anke bit-‘tablets’ – One News

Notifiki

L-anzjani jibqgħu attivi anke bit-‘tablets’

Qatt ma ħolmuha f’mitt sena li kienu se jużaw aġġeġġ li sa ftit tas-snin ilu kien l-għors biss tan-neputijiet tagħhom. 

L-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum u anki fir-residenza u l-isptar għall-anzjani ta’ San Vinċenz De Paule qed jużaw ukoll għodda teknoloġika importanti.

Permezz ta’ tablets offruti, l-anzjani qed jużaw l-informatika.

“Saħħaħna l-wifi fil-homes tagħna għaliex nafu li l-anzjani tagħna jekk imorru jużaw it-teknoloġija tajnihom il-courses tat-tablets biex huma jkunu familjari mat-teknoloġija u kif jużaw it-teknoloġija u allura jekk iridu jużaw it-teknoloġija u jmorru fuq it-tablet tagħhom u jkollhom wifi b’saħħtu jkunu jistgħu jaqraw minn fuq it-tablet”, stqarr is-Segretarju Parlamentari, Anthony Agius Decelis.

Dawn l-inizjattivi favur l-anzjanità attiva jsegwu oħrajn fosthom il-pubblikazzjoni ta’ kotba bit-tipa kbira.

Dawk li jippreferu l-metodu tradizzjonali, wkoll jistgħu jibqgħu mentalment attivi.

Agius Decelis tenna jgħid li “Fejn imur xi ħadd u jaqralhom u jkun hemm din l-interattività. Xi ħadd jaqra u xi ħadd isegwi imbagħad ikun hemm diskussjoni. Jiġifieri hemm diversi inizzjattivi biex l-anzjanità attiva tkun b’mod ħolistiku, mhux biss mill-att fiżiku imma anke mill-att intelletwali”.

Servizzi wkoll utli li jaħdmu id f’id mal-anzjanità attiva huma dawk mogħtija fil-komunità fosthom tal-home help u t-tele care.

Dawn jagħtu għajnuna siewja lill-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-komunità u b’hekk inaqqsu d-dipendenza fuq l-istat

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend