L-Aġent Prim Ministru jżur l-Isptar tal-Annimali – One News

Notifiki

L-Aġent Prim Ministru jżur l-Isptar tal-Annimali

L-Aġent Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ żar l-Isptar tal-Animali ġewwa Ta’ Qali. 

L-Aġent Prim Ministru ġie milqugħ minn Keith Attard, wieħed mid-diretturi tal-istess sptar. Dan l-isptar huwa miftuħ 24 siegħa kuljum u fih qed isiru interventi uħud minnhom ikkumplikata fuq annimali li qabel ma kinux isiru f’pajjiżna.

L-isptar għandu teatri tal-operazzjonijiet mgħammra b’dak kollu neċessarju għall-operazzjonijiet fuq l-annimali, faċilitajiet ta’ X-rays u testijiet tad-demm. Hu wkoll attrezzat bi kmamar fejn jinżammu u jistrieħu l-annimali wara xi intervent.

Ritratti: MFH

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend