Delia jibqa’ inkonsistenti fuq il-proġett tal-mina – One News

Notifiki

Delia jibqa’ inkonsistenti fuq il-proġett tal-mina

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Adrian Delia kompliet turi l-inkonsistenza tagħha fil-beraħ fejn fil-Parlament tagħmel mod u barra tgħid mod ieħor. 

F’konferenza tal-aħbarijiet li Delia organizza biex iqajjem ftit lil ta’ madwaru bi preparazzjoni għall-festi tal-Indipendenza, Delia kompla jikkritika l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex li għandu jtejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.

Għal Delia, il-Gvern qed iqarraq għax ippubblika xi studji.

Delia stqarr “Il-Gvern qed jidħaq bin-nies. Il-Gvern qed jgħid li ppubblika xi studji”.

Delia skarta l-fatt li l-istudji li tlestew ġew ippubblikati kollha u jinsabu fuq is-sit ta’ Transport Malta għall-iskrutinju tal-pubbliku.

Iżda Delia mifxul għall-mistoqsijiet tagħna, hekk kif intebaħ li l-kredibiltà tiegħu naqset għax qed jitlob il-pubblikazzjoni ta’ studji li għadhom ma tlestewx, spiċċa jammetti li dawk li tlestew ġew ippubblikati.

Id-dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni jsegwu dawk tas-Segretarju Ġenerali tiegħu Clyde Puli li iktar kmieni din il-ġimgħa saħaq kif dwar il-proġett tal-mina l-Partit Nazzjonalista għandu imma kbira.

U dan minkejja li fil-Parlament Delia qal li huwa favur konnettività permanenti fil-proġett tal-mina.

Biex b’hekk l-inkonsistenza ta’ Delia baqgħet waħda qawwija hekk kif baqa’ jsibha bi tqila jikkommetti ruħu favur il-proġett tal-mina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend