Anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fiż-Żurrieq

Anzjan ta’ 70 sena miż-Żurrieq ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Peugot 3008 misjuqa minn mara ta’ 42 sena miż-Żurrieq. 

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 12:00 a.m. fi Triq il-Barrieri ż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend