Żagħżugħ ta’ 24 sena jmut wara li waqa’ minn għoli ta’ seba’ sulari fil-Gżira – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 24 sena jmut wara li waqa’ minn għoli ta’ seba’ sulari fil-Gżira

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Olanda tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ seba’ sulari minn appartament. 

Il-każ seħħ għal ħabta tat-3:oo ta’ fil-għodu fi Triq Sir Hildebrand Oakes, il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li raġel mill-Olanda ta’ 24 sena kien allegatament waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari minn gallarija ta’ appartament.

Ir-raġel sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq l-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace  li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend