Tħabbret il-mewt tal-ewwel mexxej taż-Żimbabwe- Robert Mugabe – One News

Notifiki

Tħabbret il-mewt tal-ewwel mexxej taż-Żimbabwe- Robert Mugabe

Fl-età ta’ 95 sena, miet Robert Mugabe – l-ewwel mexxej taż-Żimbabwe wara li dan il-pajjiż Afrikan kiseb l-Indipendenza.
Il-familja tiegħu qalet li Mugabe miet wara ġlieda twila kontra marda qerrieda. 

Mugabe tneħħa mill-poter f’kolp militari f’Novembru ta’ 2017, fejn temm tmexxija ta’ tliet deċenji.

Mugabe kien żar Malta flimkien ma’ Joshua Nkomo fuq inizjattiva tal-eks Prim Ministru Malti Dominku Mintoff. Dan qabel ir-Rodezja ħadet l-indipendenza mir-Renju Unit. Huma iltaqgħu f’lukanda fir-Rabat sabiex issibu soluzzjoni f’dak il-pajjiż.

Ritratt: CNN

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend