Sinjal ċar ta’ fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji f’Malta – One News

Notifiki

Sinjal ċar ta’ fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji f’Malta

Għall-ewwel darba, investituri finanzjarji xtraw stocks tal-Gvern b’rata negattiva ta’ rendiment.

It-teżor irċieva domanda qawwija ħafna mill-investituri finanzjarji għall-aħħar ħruġ ta’ stocks tal-Gvern fil-valur ta’ €50 miljun.

Għal dan l-istock, il-Gvern irċieva 50 offerta li l-valur tagħhom kien ta’ kważi mitejn u disgħa u disgħin miljun ewro. It-teżor se jalloka tmenin miljun ewro.

Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-aħħar ħruġ ta’ stocks tal-Gvern wera domanda qawwija ħafna mill-investituri finanzjarji fil-bonds tal-Gvern ta’ Malta tant li d-domanda għalihom kienet sitt darbiet aktar mill-ammont offrut mill-Gvern.

Huwa żied jgħid li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-applikazzjonijiet se jwasslu lil dawn l-investituri biex għall-ewwel darba jisilfu flushom lill-Gvern b’rendiment negattiv għalihom.

Il-Prim Ministru fisser dan bħala sinjal ċar ta’ fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji lejn pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend