Liġi tal-kera bilanċjata li tħares l-interess ta’ kulħadd – One News

Notifiki

Liġi tal-kera bilanċjata li tħares l-interess ta’ kulħadd

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li l-liġi proposta dwar is-suq tal-kera hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li sar għal diversi xhur, inkluż bil-pubblikazzjoni ta’ white paper dettaljata. Kemm fl-istadju ta’ konsultazzjoni, kif ukoll fil-vot fil-parlament, din il-liġi dejjem gawdiet minn qbil unanimu. 

Filwaqt li l-Gvern kien, u għadu, dejjem lest jisma’ ideat ġodda, il-prinċipji ta’ din ir-riforma jridu jibqgħu mibnija fuq il-protezzjoni u s-serħan tal-moħħ lis-sidien u lil familji li jikru, f’mudell bilanċjat li jħares u jipproteġi l-interess ta’ kull naħa.

Il-Gvern jibqa’ kommess li jagħti l-istabbilità neċessarja biex ikollna suq tal-kiri effiċjenti u ġust, temmet tgħid l-istqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend