Jiżdiedu bi 8.4% l-wasliet fl-ajruport f’Awwissu – One News

Notifiki

Jiżdiedu bi 8.4% l-wasliet fl-ajruport f’Awwissu

Iktar minn 800,000 passiġġier waslu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta tul Awwissu, li hija żieda ta’ 8.4% meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena li għaddiet. 

Iktar minn 8,000 passiġġier waslu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta tul Awwissu, li hija żieda ta’ 8.4% meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena li għaddiet.

Fl-istess waqt dan it-tkabbir wassal għal żieda ta’ kważi 6% fil-movimenti tal-ajruplani u żieda oħra ta’ iktar minn 7% fis-siġġijiet fl-ajruplani.

L-użu ta’ siġġijiet għal Awwissu żdied ukoll biex issa laħħaq it-88%.

L-ikbar suq baqa’ dak tar-Renju Unit, bi kważi 187,000 passiġġier. Din tfisser żieda ta’ iktar minn tlieta fil-mija f’wasliet minn dan il-pajjiż meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2018.

Il-Ġermanja kellha l-ikbar żieda fil-wasliet bi kważi 25% meta mqabbel ma’ sena ilu.

Ġew osservati wkoll żidiet fil-wasliet minn Franza, Spanja u l-Italja.

L-iktar jum bieżel tul Awwissu fl-ajruport kien nhar Santa Marija bi kważi tletin elf passiġġier.

Il-kumpanija li tmexxi l-ajruport qalet fi stqarrija li dawn ir-riżultati huma dovuti għall-iskeda tas-sajf li minbarra li daħlet rotot ġodda minn u lejn pajjiżna, żdiedet il-frekwenzi fuq diversi rotot eżistenti.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ dawn ir-riżultati b’sodisfazzjon u spjega l-ħidma li se ssir fix-xhur tax-xitwa biex tkompli tingħeleb l-istaġjonalità.

Il-Ministru Mizzi sostna li “Flimkien mal-MIA u l-Malta Tourism Authority se naħdmu flimkien biex ix-xitwa li ġejja tkun xitwa tajba permezz ta’ aktar konferenzi li jsiru f’pajjiżna permezz ta’ iktar promotion biex is-seasonality tkompli tonqos”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend