Jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa b’nefqa ta’ €2 miljuni – One News

Jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa b’nefqa ta’ €2 miljuni

Il-Ġimgħa filgħodu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg inawgura x-xogħlijiet fi Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija. 

Tul dawn l-aħħar xhur din it-triq inbniet mill-ġdid u minflok il-karreġġjati li kien hemm b’żewġ korsijiet, ġiet żviluppata karreġġjata doppja b’erba’ korsiji li huma mifrudin b’ċentral strip b’crash barriers, dawl Led u bosta sistemi oħra ta’ sigurtà.

Il-proġett jinkludi wkoll passaġġi għal mixi ġodda u cycle track għalih b’tul ta’ kilometru li se jingħaqad mal-korsija għaċ-ċiklisti li ddaħħlet fi Vjal l-Avjazzjoni s-sena l-oħra.

Ix-xogħlijiet li kienu jinkludu wkoll it-tqegħid ta’ 1.6 kilometri tta’ servizzi taħt l-art u l-bini ta’ sistema għall-ilma tax-xita ġdida.

Fil-preżenza ta’ numru ta’ kunsilliera u Sindki ta’ bliet li jagħmlu użu dirett minn din it-triq, il-Ministru Borg spjega li permezz ta investiment ta’ żewġ miljun ewro, it-triq se toffri vjaġġar aktar sigur għal kulħadd.

Il-Ministru Ian Borg stqarrL-importnza tagħha hija mhux biss għall-vetturi li jgħaddu ħafna u se tkun qed tintuża iżjed waqt il-Marsa junction imma anki għan-nies li jistgħu jimxu jew jgħaddu anki bir-roti bejn lokalità u oħra. Għandek ukoll id-dħul għaċ-ċimiterju tal-addolorata u allura din it-triq issa hija aktar safe u se tkompli ttejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż”.

Spjega wkoll li fil-ġranet li ġejjin, Infrastructure Malta se tħawwel mija u ħamsa u sebgħin siġra tul din it-triq.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi qal li din it-triq hija ħolqa kruċjali għad-devjazzjonijiet li hawn bħalissa sakemm jitlesta x-xogħol fuq il-proġett tal-Junction tal-Marsa.

Fakkar kif bħalissa jinsabu għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet għall-bini tal-mini ta’ Santa Luċija, proġett ieħor li se jtaffi mhux ftit it-traffiku li jgħaddi minn tal-Barrani u dak li jkun ħiereġ minn Raħal Ġdid.

Fl-istess waqt għaddej ukoll ix-xogħol fit-telgħa ta’ Ħal Luqa sabiex ladarba jitlesta x-xogħol, tinghaqad mal-proġetti l-oħra li lkoll għandhom l-għan li jkomplu jnaqqsu t-traffiku.

Preżenti wkoll għal din il-konferezna kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Silvio Parnis.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend