Jitilgħu l-poloz għar-Regatta tal-Vitorja – One News

Notifiki

Jitilgħu l-poloz għar-Regatta tal-Vitorja

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, telgħu il-poloz għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja li se ssir nhar il-Ħadd li ġej. Għal sena oħra se jsiru hħax-il tiġrija: ħamsa ta’ Kategorija A għar-rebħ tal-Aggregate Shield, ħamsa ta’ Kategorija B u tiġrija għal qaddiefa nisa li se tkun l-ewwel waħda fil-programm. 

F’diskors qasir is-Segretarju Parlamentari għall-isport Dr Clifton Grima awgura lill-parteċipanti kollha u rringrazzja lill-klabbs għax-xogħol li qed jagħmlu sabiex iżommu dejjem ħajja din it-tradizzjoni sportiva u storika. Ħeġġeġ lil aktar żagħżagħ sabiex jinvolvu ruħhom fir-regatta ħalli b’hekk inkunu qed nassiguraw futur sabiħ għal dan l-isport.

Il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali Stephen Paris awgura li dik ta’ din is-sena tkun Regatta interessanti u li ssir fi spirtu sportiv.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw trofej b’apprezzament lil tlett persuni li f’dawn l-aħħar snin taw kontribut lir-Regatta. Dawn huma s-Segretarju Parlamentari għall-isport Dr Clifton Grima, l-eks President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali il-Profesur Joseph Grima u lil Alfred Busuttil li jagħmel xogħol volontarju għal ġid tar-regatta.

Kien hemm ukoll sopriża għall-klabbs parteċipanti hekk kif ingħataw il-midalji l-antiki li kienu fuq l-aggregate shield qabel ma ġiet restawrata sena ilu. Midalji li jfakkru r-rebħ tax-shield tal-Vitorja matul is-snin u li nġabru skont il-klabbs sabiex jinżammu bħala tifkira.

L-ewwel tiġrija tar-Regatta tal-Vitorja nhar il-Ħadd li ġej se tibda fin-nofs siegħa fejn f’kategorja A jibdew favoriti l-holders Bormla, għalkemm mistennija jkollhom sfida mill-klabbs l-oħra parteċipanti f’tiġrijiet partikolari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend