Jaqa’ metru u nofs u jindarab gravi fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Jaqa’ metru u nofs u jindarab gravi fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 46 sena mill-Albanija u li joqgħod iż-Żurrieq ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħodu fi  Triq Santa Margerita, is-Siġġiewi.

L-Albaniż ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend