Jagħmel xenata fil-Qorti meta ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest – One News

Notifiki

Jagħmel xenata fil-Qorti meta ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest

Sirjan kellu jinħareġ mill-awla tal-Qorti mill-Pulizija wara li qajjem kommossjoni sħiħa malli tgħarraf li kien se jinżamm arrestat. 

Ibrahim Mohammad, ta’ għoxrin sena mis-Sirja tressaq il-Qorti akkużat li darab ħafif raġel Libjan waqt argument li kellhom bejniethom.

Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjoniet marbuta mal-ħelsien mill-arrest u ordni ta’ probation.

Mohammad ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u qal lill-Maġistrat li jrid imur lura pajjiżu sabiex jgħix m’ommu.

Madankollu l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Agius, spjegat li l-familja ta’ Mohammad ma riduhx jgħix magħhom u li bħalissa m’għandux saqaf fuq rasu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ilu erba’ snin jgħix Malta u xellef difrejh mal-ġustizzja iktar minn darba. Qalet li għalhekk m’għandux jingħata l-ħelisen mill-arrest.

Kien hawn li l-akkużat qabad jgħajjat bil-qorti tordna li jiġi mmannettjat u jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend