Il-vittmi mistennija jkomplu jiżdiedu kawża tal-urugan Dorian – One News

Il-vittmi mistennija jkomplu jiżdiedu kawża tal-urugan Dorian

Hekk kif issuktaw l-isforzi ta’ salvataġġ u għajnuna umanitarja fil-gżejjer tal-Baħamas fil-Karibew, l-awtoritajiet qalu li l-vittmi kawża tal-uragan Dorian mistennija jkomplu jiżdiedu. 

Il-ħajjiet li ntilfu f’dik li qed tkun deskritta bħala l-agħar maltempata fl-istorja tal-Baħamas, huma 23, iżda dan in-numru mistenni jiżdied b’mod sinifikanti fil-ħin li ġej.

L-uragan Dorian – li ħalla ħerba fil-Baħamas fl-aħħar jiem – jinsab riesaq lejn l-istati ta’ North Carolina u South Carolina fl-Istati Uniti.

Uffiċjali qalu li mijiet – u anki possibilment eluf – ta’ persuni jinsabu nieqsa f’Abacos u Grand Bahama.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend