Tlieta l-Qorti wara serqa minn trakk fil-Marsa – One News

Notifiki

Tlieta l-Qorti wara serqa minn trakk fil-Marsa

Tliet irġiel tressqu l-qorti mixlija li f’Awwissu li għadda serqu materjal tal-kostruzzjoni minn trakk li kien ipparkjat fil-Marsa.

Mahmoud Moghrabi ta’ disgħa u għoxrin li joqħgod il-Pieta u Jurgen Cassar ta’ erbgħa u għoxrin minn Ħal Qormi, ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.

Il-Maġistrat Yana Micallef Starface qiegħdet lil Moghrabi fuq probation ta’ tliet snin waqt li Cassar ġie kkundattat tlettax-il xahar ħabs.

Francesco Loporcaro li wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih ma ngħatax  il-ħelsien mil-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend