Għall-ħabta tat-14:45 fi Triq il-Kulleġġ fil-Mosta, tifel ta’ 16 -il sena mis-Sudan ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xogħol f’dar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.