Il-membri l-ġodda tal-Gvern Taljan jieħdu l-ġurament tal-ħatra – One News

Notifiki

Il-membri l-ġodda tal-Gvern Taljan jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Il-membri tal-Gvern Taljan ġdid ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-Quirinale, l-għada li l-Prim Ministru Giuseppe Conte għadda l-lista tal-kabinett lill-President Taljan Sergio Mattarella.

Jispikkaw fost dawn l-isem ta’ Luciana Lamorgese li se tieħu post Matteo Salvini bħala Ministru tal-Intern. Hija m’ijiex affiljata la mal-Movimento Cinque Stelle u lanqas mal-Partit Demokratiku, li huma ż-żewġ partiti fil-koalizzjoni.

Il-Mexxej taċ-Cinque Stelle Luigi di Maio m’huwiex se jservi ta’ deputat Prim Ministru iżda minflok se jinħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Rapporti fl-Italja qegħdin jgħidu wkoll li waqt l-iffurmar tal-kabinett ġie deċiż li l-eks Prim Ministru Paolo Gentiloni jiġi nnominat bħala l-Kummissarju Ewropew f’isem l-Italja.

Il-Gvern il-ġdid mistenni jaffaċċja l-ewwel vot tal-fiduċja tiegħu fis-Senat u l-Parlament fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend