Il-Maltin għadhom dipendenti ħafna fuq flus kontanti – One News

Notifiki

Il-Maltin għadhom dipendenti ħafna fuq flus kontanti

Minn stħarriġ ikkummissjonat minn Mastercard b’kollaborazzjoni mal-GRTU, irriżulta li l-Maltin għadhom jiddependu ħafna fuq flus kontanti primarjament għall-ispejjeż ta’ kuljum.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li 30% tal-bejjiegħa li ħadu sehem fl-istħarriġ ma jaċċettawx pagamenti permezz ta’ card tal-bank filwaqt li l-bqija tan-negozjanti jirrikonoxxu l-fatt li karti tal-kreditu jiffaċilitaw xogħolhom.

57% tal-Maltin jemmnu li l-karti tal-kreditu huma sostitut konvenjenti għall-flus u jużawhom għal 23% tal-ispejjeż tagħhom.

Irriżulta li 15% tal-konsumaturi m’għandhomx karta ta’ debitu filwaqt li 37% m’għandhomx karta ta’ kreditu u l-maġġoranza tagħhom mhux qed jikkunsidraw li jakkwistaw waħda jew l-oħra fiż-żmien li ġej.

Minkejja li għad hemm dipendenza kbira fuq il-flus fl-idejn, ħafna nies qed ifittxu metodi differenti li huma aktar faċli u siguri. Dan stqarru l-Maniġer ta’ Mastercard f’Ċipru, il-Greċja u Malta.

Il-President tal-GRTU, Paul Abela saħaq fuq l-importanza għall-pagamenti elettroniċi u ser ikomplu jaħdmu sabiex jiżdiedu aktar pagamenti elettroniċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend