Il-liġi biex Brexit ma jseħħx jekk mhux bi ftehim tgħaddi mill-Parlament Ingliż – One News

Notifiki

Il-liġi biex Brexit ma jseħħx jekk mhux bi ftehim tgħaddi mill-Parlament Ingliż

Ritratt: Reuters

Il-Parlament Ingliż għadda liġi biex Brexit ma jseħħx fil-31 ta’ Ottubru li ġej jekk mhux bi ftehim.

Dan seħħ l-Erbgħa filgħaxija waqt seduta taħraq f’Westminster, fejn Membri Parlamentari ‘ribelli’ u membri tal-Oppożizzjoni rebħu d-dritt li jmexxu l-aġenda parlamentari. Filfatt l-abbozz dwar Brexit għadda b’298 vot favur u 38 kontra.

L-aħħar rapporti minn Westminster ikkonfermaw ukoll li sal-Ġimgħa, l-istess abbozz se jgħaddi mill-House of Lords, fejn issa hemm tħassib li minħabba membri favur Brexit, dawn jivvotaw kontrih u b’hekk ma jgħaddix.

B’rabta ma’ dan kollu l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jressaq mozzjoni biex iħabbar Elezzjoni Ġenerali għal nhar il-15 ta’ Ottubru li ġej, kważi ħmistax qabel id-data ta’ Brexit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend