Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar l-attivitajiet għal Jum il-Vitorja – One News

Il-Kumitat Festi Nazzjonali jħabbar l-attivitajiet għal Jum il-Vitorja

Attivitajiet tal-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta, fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja 2019:

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2019 ser ikun hemm serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta.

18.45               Wasla tal-mistidnin distinti

18.58               Wasla tal-Aġent Prim Ministru

19.00               Serata kommemorattiva. Matul is-serata jsir diskors tal-okkażjoni minn Dr Abdalla Kablan.

Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni mill-Aġent Prim Ministru, mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, persuni distinti u korpi kostitwiti.

Is-Sibt , 7 ta’ Settembru 2019 ser ikun hemm quddiesa pontifikali fil-Knisja Arċipretali Marija Bambina, il-Mellieħa.

18.07               Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ Gwardja tal-Unur minn Triq Salvinu Vella, il-Mellieħa

18.15               Wasla tal-Gwardja tal-Unur u tal-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Knisja Arċipretali Marija Bambina Mellieħa

18.20               Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

18.23               Wasla tal-Aġent Prim Ministru

18.26               Wasla tal-President ta’ Malta u jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur

18.30               Quddiesa pontifikali

‘JUM IL-VITORJA’ – Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019 – ser ikun hemm ċerimonja ta’ tifkira mill-President ta’ Malta

10.00               Tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta. Jieħdu sehem stakkament ta’ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta

11.00               Tqegħid ta’ kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu, mal-monument tal-Vitorja, il-Birgu, mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Regatta fil-Port il-Kbir

13.00               Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *