Serb isalva l-ħajja ta’ tfajla li kienet qiegħda tegħreq fil-bajja ta’ Golden Bay – One News

Notifiki

Serb isalva l-ħajja ta’ tfajla li kienet qiegħda tegħreq fil-bajja ta’ Golden Bay

Dan hu Djordje.

Żagħżugħ Serb li madwar sentejn ilu ġie Malta sabiex iduq u jesperjenza ħajja differenti.

Għal dawk li ta’ kuljum iżuru l-bajja ta’ Golden Bay f’Għajn Tuffieħa forsi sar wiċċ familjari. Dan hekk kif Djordje li llum il-ġurnata huwa membru fis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, ta’ kuljum ikun qed jissorvelja l-bajja. 

Madankollu jekk liż-żgħażugħ Serb jafuh biss dawk li l-iktar jiffrekwentaw din il-bajja, it-Tlieta l-folja inqalbet hekk kif att erojku f’waqtu minn Djorde u sieħbu Milan, membru ukoll fi ħdan l-istess Soċjetà kien kruċjali fis-salvataġġ ta’ tfajla mill-għarqa fil-bajja ta’ f’Golden Bay.

Dik li kellha tkun lejla kwieta quddiem il-baħar wara jum xogħol fix-xemx, ħadet żvolta differenti hekk kif iż-żewġ żgħażagħ irċivew telefonata dwar tfajla li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar.

Hu qalilna “We come here with quadbike me and Milan. We go there we find the girl sitting on the sand. We move her from the water of course put her in the recovery position. I was cheching the oxygen, the pressure and wait for Mater Dei. The Mater Dei arrive they took the girl to the ambulance,  and go to Mater Dei. I think she is ok now”.

Xhieda tal-inċident li tkellmu magħna qalulna li kieku ma kienx għall-intervent altruwist ta’ dawn il-ġuvintur it-tfajla kienet tegħreq.

Dan ma kienx l-unika inċident fiż-żona hekk kif aktar kmieni matul il-jum l-għassiesa tal-ħajja għenu wkoll bosta għawwiema li nqabdu fil-kurrent.

Kif konna fiż-żifna staqsejna lil Djordje x’jogħġbu l-iktar dwar xogħlu.

Huwa qal hekk.

Djordje tenna li “I like this job because I like swimming and I like to help the people. I feel really good when I help someone. I chose Malta because in Serbia we don’t have sea and here is the experience”.

Mistoqsi dwar il-ġejjien tiegħu f’Malta Djordje spjega kif kollox jiddependi mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar hekk kif huma jiddeċiedu jekk is-sena d-dieħla humiex ser jerġgħu ikollhom bżonn is-servizzi tiegħu.

Madankollu konxju mill-ġenwinitá ta’ dan iż-żagħżugħ minn wara l-crew ta’ One News li kien qed jagħmel il-mistoqsijiet, Robert Brincau id-direttur tal-operazzjonijiet tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar,  li kien qed isegwi l-intervista, assigurah li postu huwa Malta hekk kif qallu “You will stay.”

Djordje temm jgħid li “I want to stay here. We will see I don’t know yet but 100% if they ask me I will stay here. You will stay here. But we will see, we will see”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend