Il-mexxejja ta’ Hong Kong se tirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-estradizzjoni – One News

Notifiki

Il-mexxejja ta’ Hong Kong se tirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-estradizzjoni

Il-mexxejja ta’ Hong Kong Carrie Lam qalet li se tirtira l-liġi dwar l-estradizzjoni li kkawżat xhur ta’ protesti.

Din il-liġi li ġiet introdotta f’April kienet tippermetti sabiex suspettati kriminali jiġu estraditi lejn iċ-Ċina.

Din il-liġi ġiet sospiża f’Ġunju meta Lam ddeskriviet din il-liġi bħala “mejta” iżda ma rtiratix.

Il-protestanti qed jitolbu fost l-oħrajn biex tiġi rtirata din il-liġi kif ukoll biex id-drittijiet demokratiċi tagħhom ma jkunux imxekkla.

Ritratt: BBc News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend