Iffurmat il-gvern ġdid Taljan – Luciana Lamorgese tieħu post Salvini bħala Ministru tal-Intern – One News

Notifiki

Iffurmat il-gvern ġdid Taljan – Luciana Lamorgese tieħu post Salvini bħala Ministru tal-Intern

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte uffiċjalment għadda l-lista ta’ ismijiet li se jiffurmaw il-Kabinett ġdid Taljan lill-President Sergio Mattarella.

Jispikkaw fost dawn l-isem ta’ Luciana Lamorgese li se tieħu post Matteo Salvini bħala Ministru tal-Intern. Hija m’ijiex affiljata la mal-Movimento Cinque Stelle u lanqas mal-Partit Demokratiku, li huma ż-żewġ partiti fil-koalizzjoni.

Il-Mexxej taċ-Cinque Stelle Luigi di Maio m’huwiex se jservi ta’ deputat Prim Ministru iżda minflok se jinħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Rapporti fl-Italja qegħdin jgħidu wkoll li waqt l-iffurmar tal-kabinett ġie deċiż li l-eks Prim Ministru Paolo Gentiloni jiġi nnominat bħala l-Kummissarju Ewropew f’isem l-Italja, hekk kif l-Italja kienet għada ma nnominatx isem.

It-tieni gvern ta’ Giuseppe Conte se jieħu l-ġurament għada fl-għaxra ta’ filgħodu fil-Quirinale, iżda dan immedjatament se jaffaċja vot ta’ fiduċja fil-Parlament u s-Senat Taljan fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend