Avultun għasfur rari f’Malta – One News

Notifiki

Avultun għasfur rari f’Malta

Matul il-lejl li għadda kien hawn f’Malta Avultun Abjad jew kif inhu magħruf bħala Egyptian Vulture. Fi stqarrija BirdLife Malta qalet li l-Avultun qgħad il-lejl kollu f’pajjiżna. 

Dan l-għasfur rarament jidher f’pajjiżna, in fatti b’kollox dehru biss 3 għasafar ta’ dan l-ispeċi bl-aħħar wieħed kien erba’ snin ilu.

L-Avultun jinsab f’riskju ta’ estinzjoni. Tant li fl-Italja qed isir programm biex dawn l-għasafar jikbru.

BirdLife Malta qalet li matul il-lejl hija ndukrat lill-Avultun u tinsab f’kuntatt mill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Italja minħabba li l-għasfur hu mistenni jkompli jpassi lejn l-Italja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend