Il-Pulizija jikkontrollaw protesti minn immigranti fil-barracks ta’ Ħal Safi- ebda rapporti ta’ persuni midruba – One News

Notifiki

Il-Pulizija jikkontrollaw protesti minn immigranti fil-barracks ta’ Ħal Safi- ebda rapporti ta’ persuni midruba

Uffiċjali tal-Pulizija kkontrollaw protesta paċifika li saret tard it-Tnejn filgħaxija fil-barracks ta’ Ħal Safi minn numru ta’ immigranti. 

Jidher li kollox beda ftit qabel l-10:00pm tat-Tnejn meta numru ta’ immigranti bdew isabbtu mal-bibien taċ-ċentru u jitolbu biex jinħelsu.

Bħalissa dawn l-immigranti qed jinżammu Malta bħala parti mill-ftehim ta’ rilokazzjoni li ntlaħaq bejn numru ta’ pajjiżi Ewropej.

Huma qed jinżammu fiċ-ċentru sakemm isir magħruf f’liema pajjiż se jkunu rrilokati.

Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata fi ftit ħin mill-Pulizija li ssejħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

One.com.mt jinsab informat li f’din il-protesta ma ndarab ħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss