Jitlef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra – One News

Jitlef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra

Ingliż ta’ ħamsin sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà hu u jgħum fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. 

Kienu għal ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar li l-pulizija ntalbet biex tagħti l-għajnuna fejn irriżulta li żewġ Ingliżi ttellgħu l-baħar u ngħataw l-ewwel għajnuna minn nies li nzertaw fil-bajja.

Mal-vittma kien hemm Ingliż ta’ wieħed u ħamsin sena li ttieħed l-isptar ġenerali t’Għawdex iżda l-kundizzjoni ta’ saħħtu għadha mhiex magħrufa.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Bridgette Sultana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend