Il-Konferenza Episkopali Maltija tifraħ lill-Monsinjur Antoine Camilleri għall-ħatra tiegħu mill-Papa Franġisku bħala Arċisqof Titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljajru JosephGalea-Curmi, miġburin waqt laqgħa tal-Konferenza Episkopali, laqgħu din l-aħbar u
wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta u Għawdex għal din il-missjoni ġdida fdata lill-Monsinjur Camilleri.