F’Kalifornja: Jinstabu aktar katavri wara li dgħajsa qabdet barra mill-gżira ta’ Santa Cruz – One News

Notifiki

F’Kalifornja: Jinstabu aktar katavri wara li dgħajsa qabdet barra mill-gżira ta’ Santa Cruz

Mal-kosta ta’ Kalifornja nstabu 25 katavru wara li dgħajsa nħakmet min-nar. 

Il-midja qalet  li 9 persuni ġew irrapurtati nieqsa, waqt li 5 membri tal-crew salvaw.

In-nar beda fis-sigħat bikrijin tat-Tnejn filgħodu, waqt li kienet ankrata ftit metri ‘l bogħod mill-gżira ta’ Santa Cruz u 145 kilometru mill-Punent ta’ Los Angeles.

F’konferenza stampa, intqal li meta d-dgħajsa ħadet in-nar, kien hemm 39 persuna abbord.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss